Il-Qorti Kostituzzjonali laqgħet b’mod proviżorju t-talba tal-Partit Nazzjonalista ta’ mandat ta’ inibizzjoni fil-konfront tal-Kummissjoni Elettorali.
Ilbieraħ filgħaxija il-PN ressaq quddiem il-Qorti mandat ta’ inibizzjoni u rikors wara li l-Kummissjoni Elettorali ma aċċettatx it-talba tal-istess Partit Nazzjonalista biex tiġi dikjarata nulla l-votazzjoni li saret fil-Faċilitá Korrettiva ta’ Kordin. Dan wara li irriżulta li f’din il-votazzjoni inxteħtu voti minn persuni li ma kellhomx dritt jivvutaw.
Issa l-Qorti mistennija tisma’ b’urġenza din it-talba, bis-seduta skedata għat-3.00pm.
Il-Qorti mistennija tagħti s-sentenza tagħha fil-jiem li ġejjin u possibilment qabel il-jum tal-votazzjoni nhar is-Sibt.
//= $special ?>