Atletika Lokali Sport

Organizzata t-30 edizzjoni tad-Dingli10 wara nuqqas ta’ sentejn

Nhar is-Sibt li għadda s-St. Patricks Athletics Club organizza t-30 l-edizzjoni tad-Dingli10 wara nuqqas ta sentejn.

Rotta ta 10km u oħra għall-adulti u rotta oħra għat-tfal. Din inżammet bil-koperazjoni tal-Lisa Maria Foundation. Fondazzjoni bl-għan prinċipali li tgħin lil tfal u adolxxenti li jistgħu ikun f’riskju li jidħlu f’inkwiet. Il fuq min 300 atleta ħadu sehem fiż-żewġ rotot it-twal, filwaqt li aktar minn 50 tifel u tifla sfidaw il-maltemp ta` dakinhar u ġrew id-distanza ta’ 2km t-tellieqa tal-10 mili intrebħet minn Simon Spiteri tal-istess St Patricks Club f’ħin ta` 56 minuta u 49-il sekonda. Fit- tieni post daħal Charlton Debono tal-klabb Evolve f’ħin ta` 58 minuta u 13-il sekonda u warajh daħal Aidan Tanti ta` La Salle, f’ħin ta` 58minuta u 35 sekonda.

Minn nisa, l-ewwel ma daħlet kienet Rachelle Lee Borg minn Pemroke Athleta Sports Club, f’ħin ta` siegħa, 6 min  u 24 sekonda; hekk kif warajha daħlet Catherine Chetcuti ta` l-istess klabb bil-ħin ta` siegħa 8 min u 32 sekonda. Fit tielet post daħlet Tara Abdilla ta` La Salle  b’ħin ta’ siegħa 10 minuti u 22 sekonda.

Ir-Rotta tal-10 km intrebhet minn Matthew Xuereb ta` Żurrieq Wolves f’ħin ta` 35minuta u 47 sekonda, filwaqt li mill- kategorija tan-nisa Carla Pia Vella, mill-istess Żurrieq Wolves ħadet l-ewwel post b’ħin ta 43minuta u 34 sekonda. L-imsemmija parteċipanti kif ukoll oħrajn li ħadu l-ewwel f’kategoriji differenti ġew preżentati t-trofew  mill-President ta` St Patrick’s Athletics Club, Charles Darmanin