Lokali

Raġel minn Tas-Sliema rrappurtat nieqes

Jonathan Baldacchino, raġel ta’ 36 sena u residenti Tas-Sliema, ġie rrappurtat nieqes
lill-Pulizija.

Skont stqarrija tal-Pulizija, Baldacchino deher l-aħħar fl-inħawi ta’ Ħ’Attard nhar il-5 ta’ Marzu, 2022.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 2122 4001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.