Rapport: Stewart Said
NEPTUNES VIDEOSLOTS……. 6
SIRENS MECCA MARIN……… 11
(0-1), (2-4), (3-5), (1-1)
Sirens Mecca Marin ħasdu lil Neptunes Videoslots u kisbu rebħa importanti li tagħtihom l-ewwel punti fil-Kampjonat Premier. Prestazzjoni pożittiva għat-tim ta’ Marko Orlovic. Għalkemm Neptunes ma spikkawx, wieħed ma jridx jinsa li kellhom neqsin lil Alan Borg Cole, Stevie Camilleri, Jake Muscat, Alec Fenech u Jeremy Abela.
Matthew Sciberras fetaħ l-iskor fil-bidu tal-logħba bi ġmiel ta’ gowl fuq l-ewwel lasta. Huma komplew jikkonsolidaw il-vantaġġ fit-tieni sessjoni, b’Neptunes jitilfu lil Gabriel Pace fil-bidu tat-tieni sessjoni wara li tkeċċa għalkollox. Il-gowl ta’ James Spiteri Staines deher li seta’ jgħin lil Neptunes iżda Ken Erdogan daħħal lil Sirens jistrieħu 5-2 minn fuq.
Fl-ewwel mumenti tat-tielet sessjoni, il-vantaġġ kiber għal 7-2. Neptunes pruvaw jidħlu fil-logħba, iżda fi tliet okkażjonijiet li naqqsu d-distakk, Sirens kienu pronti u wieġbu biex żammew id-distakk ta’ ħames gowls. Anki jekk Jordan Camilleri naqqas id-distakk lejn nofs l-aħħar sessjoni, kien diffiċli wisq biex jirkupraw, b’Matthew Sciberras jissiġilla r-rebħa minn man-up.
Neptunes: S. Mifsud, M. Zammit, S. Gialanze (1), G. Pace, J. Cachia, J. Spiteri Staines (1), M. Castillo (1), J. Camilleri (2), R. Galea, M. Spiteri Staines (1), D. Bugeja, Ma. Farrugia, Mi. Farrugia, L. Mallia, B. Zammit
Sirens: T. Micallef, P. Serracino, K. Erdogan (1), J. Sciberras (1), J. Zerafa Gregory (2), M. Aquilina, M. Chircop, I. Riolo (2), J. Napier (1), M. Cutajar, M. Sciberras (3), M. Azzopardi (1), M. Bonello Dupuis, K. Agius, E. Bonnici
Referees: Massimo Angileri, Neville Mercieca

SLIEMA FRANK SALT……… 18
BIRŻEBBUĠA FREEPORT… 4
(4-0), (4-0), (5-1), (5-3)
Sliema Frank Salt komplew jibnu fuq ir-rebħa tas-Sibt li għadda meta ġabu fix-xejn lil Birżebbuġa Freeport. Sliema li kienu kważi bit-tim sħiħ b’eċċezzjoni ta’ Jamie Gambin. Mhux l-istess jista’ jingħad għal Birżebbuġa li kellhom lil Ryan Mock, David Cutajar u kellhom 12-il plejer għad-dispożizzjoni ta’ Pierre Borg.
Is-Slimiżi kisbu vantaġġ ta’ erba’ gowls fl-ewwel sessjoni b’gowls ta’ Liam Galea, Jerome Gabarretta u doppjetta ta’ Matthew Mifsud. Erba’ gowls oħra mingħajr risposta kabbru l-vantaġġ ta’ Sliema fit-tieni sessjoni u għamluha diffiċli għal Birżebbuġa biex jirkupraw.
Id-differenza bejn iż-żewġ timijiet fil-ġurnata kompliet toħroġ fit-tielet sessjoni. Huma ħadu vantaġġ miż-żewġ sitwazzjonijiet ta’ man-up li kellhom u kabbru l-vantaġġ għal 11-1. L-uniku gowl ta’ Birżebbuġa ġie skorjat minn penalty ta’ Christian Mifsud. Fl-aħħar sessjoni huma baqgħu jikkontrollaw il-logħba, sessjoni li daret iktar fi kważi sessjoni ta’ taħriġ.
Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta (2), L. Galea (2), D. Rizzo (1), M. Meli, B. Cachia (3), J. Cutajar (2), M. Mifsud (2), J. Brownrigg (4), K. Borg (1), Z. Mizzi, D. Zammit (1), A. Theuma, J. Saliba, T. Camilleri
Birżebbuġa: M. Sladden, J. Farrugia, N. Cassar, B. Grech (1), C. Mifsud (1), G. Mannino (1), K. Tanti, R. Spiteri, M. Curmi, C.D. Borg, D. Incorvaja, G. Sammut (1)
Referees: Ronnie Spiteri, Alex de Raffaele
TA’ XBIEX AMIGOS……………………. 4
MARSASKALA FISH AND FISH….. 12
(0-6), (2-2), (1-1), (1-3)
Marsaskala Fish and Fish kisbu t-tieni rebħa fl-Ewwel Diviżjoni. Id-differenza għat-tim ta’ Arpad Babay seħħet fl-ewwel sessjoni meta sal-ewwel nofs tal-ewwel sessjoni kellhom diġà vantaġġ ta’ 5-0, b’Paul Privitera jżid ieħor minn penalty.
Dan għamel il-logħba għat-telgħa għal Ta’ Xbiex. Huma wieġbu darbtejn għall-gowls ta’ Marsaskala fit-tieni sessjoni u pruvaw jibqgħu fil-logħba. Il-gowl ta’ Jayden Cassar fil-bidu tat-tielet sessjoni naqqas id-distakk għal 8-3.
Iżda n-nuqqas li jiskorjaw minn żewġ man-ups u appelli għal gowls li skont huma qabżu l-linja u ma ngħatawx, ċaħħdithom li jersqu aktar viċin. Il-gowl ta’ Mark Carani kkonferma t-triq għar-rebħa ta’ Marsaskala. Huma komplew jikkontrollaw fl-aħħar sessjoni minkejja l-isforzi ta’ Ta’ Xbiex.
Ta’ Xbiex: R. Coleiro, C.J. Saliba, E. Aquilina (1), J. Pace Mizzi, E. Meli, S. Engerer, Z. Cutajar Licari, J. Cassar (2), E. Schembri (1), B. Attard Littschwager, P. Tabone, J. Chircop, Z. Dzanovic,
Marsaskala: J. Micallef, A. Camenzuli, P. Privitera (1), R. Greco (1), G. Galea, K. Navarro, M. Manara, D. Pace Lupi (1), G. Sammut (3), J. Ciantar (1), M. Carani (3), A. Muscat, L. Falzon, C. Mercieca (2)
Referees: Massimo Angileri, Peter Balzan
Kampjonat Premier
L R D T F K Pti
Sliema 3 3 0 0 40 12 9
San Ġiljan 3 2 0 1 33 18 6
Neptunes 3 1 1 1 30 28 4
Birżebbuġa 3 1 1 1 26 38 4
Sirens 3 1 0 2 18 33 3
Exiles 3 0 0 3 17 35 0
L-Ewwel Diviżjoni
L R D T F K Pti
Valletta 3 3 0 0 45 17 9
Marsaskala 2 2 0 0 33 8 6
Ta’ Xbiex 3 0 1 2 23 36 1
Otters 2 0 1 1 14 26 1
Barracudas 2 0 0 2 10 38 0
Logħob li jmiss
It-Tlieta
Kampjonat Premier
Sliema v Exiles 6.30pm
Birżebbuġa v Sirens 7.35pm
//= $special ?>