Lokali

Anzjan qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar fil-Fgura

Ritratt: Martin Agius

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-7.15pm seħħ inċident fi Triq is-Sur, il-Fgura fejn ħalla anzjan ta’ 82 sena isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li r-raġel residenti l-Fgura, intlaqat minn Jeep Renegade li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 29 sena residenti l-Fgura wkoll.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.