Il-President tar-Riċerka Politika tal-PN Martina Caruana qalet li l-poplu jrid joħroġ jivvota għall-ġustizzja u s-saltna tad-dritt, għal-libertà tal-kelma, għall-assemblea ħielsa, għall-istampa ħielsa, u għad-drittijiet umani kollha ta’ kull individwu.
Hija qalet li Id-demokrazija ma sseħħx b’mod aċċidentali. Irridu nġedduha ma’ kull ġenerazzjoni. U din hija kwistjoni urġenti min-naħa tagħna kollha. Saħqet li l-Partit Nazzjonalista kapaċi jagħmel il-ħolm taż-żgħażagħ realta. Partit Nazzjonalista li huwa kommess li jibdel il-kultura f’pajjiżna fejn kulħadd se jkun għodd.
“Kull wieħed u waħda minnha huwa importanti. Hekk se nġibu bidla reali f’Malta. Hekk se nibnu nazzjon wieħed. Konna miegħek qabel, u se nerġgħu nkunu miegħek, Din hija l-wegħda tagħna.”
Martina Caruana qalet li l-Għawdxin ukoll jinsabu fiċ-ċentru tal-politika tal-PN. Gvern ġdid Nazzjonalista se jara li kull Għawdxin jkollu servizz ta’ saħħa aħjar uambjent aħjar,
Hija rringrazzjat lil Bernard Grech li hu mexxej mimli mħabba, empatija, bl-umilta. “Grazzi talli urejtni x’jigifieri tassew taħdem għal pajjiżek, x’jiġiferi tassew tħobb lin-nies. Grazzi ukoll talli tajtni familja oħra li laqgħetni, ħabbitni u emmnet fil-kapaċitajiet tiegħi.”
Hija fakkret fid-dritt li nużaw il-vuċi tagħna fil-postijiet tal-votazzjoni… hekk kif matul dawn l-aħħar snin rajna iil-power of incumbency ta’ dan il-Gvern. Rajna l-abbużi ta dan il-Gvern. Rajna kif użaw flusna – flusek
Quddiem dan kolli, huwa biss il-PN li se jibni Malta aħjar għal uliedna u ulied uliedna, għaliex ikun hemm biss ġustizzja. Ikun hemm biss tama. Ikun hemm biss Malta aħjar.
//= $special ?>