Lokali

Covid-19: 415 każ ġdid; 75 persuna fl-Isptar Mater Dei

Bejn l-Erbgħa u l-Ħamis instabu 415 każ ġdid tal-virus filwaqt li fiequ 131 persuna oħra biex b’hekk il-każi attivi issa qabżu t-3,000 u qed jammontaw għal 3,253.

Fl-istess waqt, il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar li l-ammont tal-pazjenti li jinsabu rikoverati fl-Isptar Mater Dei telà għal 75 minn 63, filwaqt li tnejn minnhom jinsabu fit-taqsima tal-kura intensiva.

B’xorti tajba fl-aħħar sigħat ma kienx hemm fatalijiet oħra tal-virus biex in-numru ta’ vittmi tal-covid mill-bidu tal-pandemija jibqa’ 626.