Colin Schembri
Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa
Starlites Naxxar 60
Caffè Moak Luxol 56
(13-22)(18-13)(15-11)(14-10)
Starlites: M. Zammit Cordina 9, M. Riolo 2, A. Saliba, S. Farrugia, M. Bonett 18, K. Portelli, A. Simmons 23, M. Fenech 3, S. Davies 2, C. Curmi 3.
Caffè Moak Luxol: L. Fenech Pace, V. Selvaggi, S. Pace 16, H. Galea, P. Marcal 16, A. Borg 2, P. Ellul 7, M. Camilleri, J. Diaby 15.
Referees: Bernard Vassallo, Nicky Azzopardi, Fanny Fabok
Starlites Naxxar komplew jissieltu għall-ewwel post tal-klassifika li jfisser post awtomatiku fil-finali tal-kampjonat meta għelbu lil Caffè Moak Luxol 60-56. Starlites reġgħu tilfu b’injury lil Steffi De Martino però kellhom lura lil Andie Saliba. Il-partita fetħet b’żewġ baskets ta’ Starlites minn Amelia Simmons u Maria Bonett. Luxol bdew jirrispondu bil-punti ta’ Palmira Marcal u Josephine Diaby u komplew b’run ta’ 12-0 li għalquha bi trippla ta’ Sarah Pace għal skor ta’ 17-6. Wara risposta ta’ Starlites minn Simmons, Luxol komplew b’ħames punti oħra bit-tieni trippla ta’ Pace qabel ma Starlites għamlu l-aħħar sitt punti tas-sessjoni għal skor ta’ 13-22. Starlites fetħu tajjeb fit-tieni sessjoni b’żewġ trippli ta’ Bonett u basket ta’ Simmons biex naqqsu d-distakk għal punt 21-22. Luxol reġgħu kabbru l-vantaġġ b’żewġ trippli ta’ Marcal u basket minn Antoinette Borg. Wara li kien hemm trippla fuq kull naħa minn Simmons u Ellul, Starlites għalqu t-taqsima b’5 punti għal skor ta’ 31-35.
Wara l-intervall, Luxol żammew il-vantaġġ wara li kellhom it-trippli minn Pace u Marcal. Starlites irnexxielhom jippareġjaw il-partita wara break ta’ 8-0 bi trippla ta’ Christina Curmi u sa’ tmiem is-sessjoni kien hemm trippla oħra fuq kull naħa għal skor ta’ 46-46. Fl-aħħar taqsima, Starlites fetħu b’seba’ punti mingħajr risposta bi trippla ta’ Bonett. Luxol wieġbu b’żewġ baskets ta’ Diaby qabel ma Michela Zammit Cordina għamlet three pointer għal Starlites li fetħu vantaġġ ta’ 8 punti. Luxol għamlu l-aħħar żewġ baskets però ma kienux biżżejjed biex isalvaw il-partita hekk kif Starlites ħarġu rebbieħa 60-56.
Hibernians 78
ARMS Depiro 66
(13-16)(21-15)(25-9)(19-26)
Hibernians: E. Farrugia, I. Agius 3, Y. Bonett 16, A. Van Vliet 15, J. Abela 13, C. Camilleri, K. Jenkins 16, N. Farrugia 3, K. Caruana 2, K. Conti, J. Dabic 10.
ARMS Depiro: M. Caruana, Ni. Agius 20, J. Xerri 1, J. Mallia, L. Duncan, No. Agius, C. Ciantar 4, N. Hili, N. Borg, D. Galea 8, C. Fenech, K. Koshuta 33.
Referees: Bernard Vassallo, Zvezdan Dobrosaviljevic, Nicky Azzopardi
Hibs għelbu lil Depiro 78-66 biex issa t-tlett timijiet li se jilgħabu fil-playoffs huma magħrufa u jonqos biss li jkun magħruf min se jispiċċa fl-ewwel post bejn l-istess Hibernians u Starlites li se jiltaqgħu f’konfornt dirett It-Tnejn 28 ta’ Marzu. L-ewwel post ifisser post awtomatiku fil-finali fil-waqt li min se jispiċċa fit-tieni post se jilgħab kontra Luxol. Depiro huma b’hekk eleminati fi tmiem ta’ kampjonat li bdewh tajjeb però kellhom diversi injuries minn Jannar ‘l quddiem speċjalment tal-Amerikana Hannah Johnson u issa jittamaw li jispiċċaw l-istaġun b’tazza hekk kif għandhom il-finali tan-Knockout kontra l-istess Hibs. Kienu Hibs li ħadu l-ewwel vantaġġ wara punti minn Ashleigh Van Vliet u Kenyotta Jenkins. Depiro wieġbu permezz ta’ Kelly Koshuta u Claire Ciantar b’Jasmine Abela tagħmel trippla għal Hibs. Depiro komplew b’run ta’ 10-0 primarjament minn Koshuta bil-Hibs itemmu t-taqsima b’basket ta’ Julija Dabic li kellha ħin twil fuq il-court. Wara li l-ewwel sessjoni għalqet bid-Depiro 16-13 minn fuq, Hibs fetħu t-tieni waħda b’run ta’ 12-0 li għalquha bi trippla ta’ Ylenia Bonett. Depiro wkoll kellhom it-trippli minn Nicole Agius però Hibs komplew b’run oħra ta’ 8-0 u daħlu jistrieħu 34-31 minn fuq.
Wara l-intervall, Hibs għalqu l-partita meta kellhom run ta’ 18-0 bil-punti ta’ Jenkins, Bonett u trippli minn Abela u Iona Agius. Depiro rnexxielhom jagħmlu 5 punti qabel ma Bonett għamlet trippla oħra u Hibs temmew is-sessjoni 59-40 minn fuq. Fl-aħħar taqsima, ż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin u kien hemm it-trippli minn Van Vliet għal Hibs u Agius għal Depiro. Depiro ppruvaw l-aħħar sforz b’run ta’ 11-3 però d-distakk kien kbir wisq u Hibs setgħu jikkontrollaw sat-tmiem u jerbħu l-partita 78-66.
//= $special ?>