Ġermaniż ta’ 31 sena mar 28 xahar ħabs wara li nstab ħati li ttrasferixxa madwar €40,000 fil-kontijiet bankarji tiegħu ta’ klijenti ta’ kumpanija tal-online gaming, li magħha huwa kien jaħdem. Ir-raġel ammetta l-akkużi u qal lill-Pulizija li kien jagħmel hekk għax kellu l-vizzju tal-logħob.
Huwa nstab ħat ta’ miżapproprijazzjoni ta’ flus, b’attentat ta’ frodi u b’ħasil ta’ flus. Tobial Stuvel, residentil-Gżira, kien ordnat ukoll biex fi żmien 18-il xahar jgħaddi dawn il-flus lill-kumpanija li kien jaħdem magħha. Kien f’Ottubru tal-2019 meta l-kumpanija Extra Miles Services għamlet rapport mal-Pulizija li Stuvel kien ħadilha eluf ta’ ewro. Dan hija skoprietu wara investigazzjoni interna minn naħa tal-kumpanija.
Iil-Maġistrat Rachel Montebello semgħet waqt il-provi kif Stuvel kien qed jgħaddi ammonti mirbuħa minn ġukaturi online fil-kontijiet bankarji tiegħu, anke jekk l-ewwel huwa beda jgħaddi dawn il-flus f’kont bankarju fil-Ġermanja li kien tat-tfajla tiegħu.
Wara kien jagħmel it-traferimenti f’kont bankarju li kellu f’Malta. Mill-provi irriżulta li €5,000 daħlu fil-kont bankarja fuq isem it-tfajla tiegħu u €34,000 fuq il-kont bankarju tiegħu f’Malta. Meta kien interrogat mill-Pulizja huwa ammetta li ttrasferixxa l-flus fil-kontijiet bankarji tiegħu u stqarr li lit-tfajla qalilha li kienu flus li rebaħ mill-casinos.
Huwa ammetta wkoll li uża l-flus biex jilgħab fil-casinos u biex iħallas spejjeż marbuta mat-taxis, ikel u xorb kif ukoll li kellu l-vizzju tal-logħob. Huwa qal ukoll lill-Pulizija li huwa ħassu mistrieħ meta arrestawh għax ma kienx se jibqa’ involut f’reati kriminali u għax fl-aħħar kien se jsib l-għajnuna.
Wara li semgħet il-provi l-Maġistrat Montebello sabitu ħati li fuq medda ta’ 5 xhur żamm għalih €40,000 b’dannu għall-Extra Mile Services Limited li riedet trodd dawn il-flus lill-kumpanija klijenta tagħha. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Rennie Stivala u Colin Sheldon.
//= $special ?>