Huwa inkreddibli li ftit jiem qabel elezzjoni ġenerali, bla ebda diskussjoni jew konsultazzjoni, nbiddlu ta’ malajr l-entry requirements tal-Junior College.
Il-Partit Nazzjonalista qed jinsisti li l-Ministru tal-Edukazzjoni jagħti spjegazzjoni mill-iktar fis għaliex l-Malti, l-Ingliż u l-Maths mhumiex ser ikunu rekwiżiti għad-dħul fil-Junior College.
Bidla bħal din għandha konsegwenzi kbar fuq l-istudenti u s-sistema edukattiva ta’ pajjiżna u ma tistax tittieħed għal skopijiet partiġġjani.
Jekk dan huwa attentat ieħor ta xiri ta voti huwa ċar li l-Partit Laburista qed jaqa’ għal-livelli bla preċedent biex jaħtaf iktar poter f’idejh.
//= $special ?>