Il-Qorti Kriminali ordnat li stqarrijiet li raġel ta’ 51 sena mis-Swieqi mixli li fis-sajf tal-2017 stupra tfajla ta’14-il sena u li qed jistenna li jgħaddi ġuri jitneħħew mill-proċess It-tifla kienet qed tiġi ‘fostered’ minnu u minn martu. L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera li quddiemha se jinstema’ l-ġuri ordnat biex l-istqarrijiet verbali, traskritti kif ukoll ir-recordings tagħhom u kull referenza ghalihom bhala inammissibbli u tordna l-isfilz taghhom.
Hija ordnat ukoll biex il-partijiet tax-xhieda tal-Ispettur Trevor Micallef fejn jaghmel referenza ghall-istqarrijiet ta’ Robert Rodenas u ma tiġix esebita fl-atti. Kienet omm it-tifla li marret ma’ bintha gewwa l-Ghassa ta’ San Giljan sabiex tirraporta stupru u attivitajiet ohra ta’ natura sesswali li allegatament saru fuq bintha minuri ta’ minn naħa ta’ Robert Rodenas. It-tifla kienet qalet l-ewwel b’dak li kien qed jiġri lil zita.
Dan l-allegat stupru u dawn l-attivitajiet ohra ta’ natura sesswali sehhew fil-perjodu ta’ bejn it-30 ta’ Awwissu tas-sena 2017 u fix-xhur ta’ qabel din id-data. It-tifla kienet marret tghix mal-akkuzat u ma’ martu s-Swieqi f’April tal- 2017 u dan bhala parti minn arrangament ta’ ‘fostering’ li Robert Rodenas u martu kienu ghamlu ma’ omm il-minuri.
Qabel marret tghix mal-akkuzat u ma’ martu, il-minuri kienet tghix f’home u kien propju l-akkuzat li kkuntatjaha permezz tal-Facebook fejn tgharrfilha kif kien jaf bis-sitwazzjoni tagħha u stedinha biex taghtieh in-numru ta’ ommha sabiex ikun jista’ joffri li jgħinha u tmur tgħix miegħu u ma’martu.
L-allegata vittma rraportat kif ghal bidu hija kienet kuntenta tghix mal-akkuzat u ma’ martu izda minn Gunju tas-sena 2017 kienet bdiet tinnota ċertu kunfidenzi żejda min-naħa tiegħu speċjalment meta l-mara tiegħu ma tkunx id-dar. It-tiflairraportat kif l-ewwel kuntatt fiċiku li kellha mal-akkużat Rodenas kien meta dan beda jbusha.
Iżda imbagħad, minn hemmhekk, Rodenas beda jiskala l-affarijiet sakemm wasal biex darba minnhom, fl-istess perjodu, daħal fil-kamra tas-sodda fejn hija kienet qeda fuq is-sodda fuq il-laptop u beda jwettaq atti mmorali.. Ghalkemm il-minuri rreżistitietu billi ppruvat iżommu milli huwa rnexxielu joffendi l-mistħija tas-sess tagħha, anke jekk ma rnexxilux jistupraha, iżda għaddew biss erbat ijiem minn dan l-inċident u l-akkużat u fl-istess kamra rnexxielu jistupraha.
L-akkużi jgħid li huwa wettaq dan ir-reat bi vjolenza jiġifieri kontra l-volonta’ tal-minuri, persuna vulnerabbli taht il 15-il sena. It-tifla ma riditx li jkollha dan ir-rapport sesswali mal-akkużat. Iżda fix-xahar ta’ Awwissu tal-istess sena, Robert Rodenas rega’ stupraha bi vjolenza
Hija qalet li l-akkużat wara li jwettaq l-att kien jitlobha taħfirlu. Irriżulta lill-Pulizija kif il-minuri kienet damet biex titkellem ma’ xi ħadd dwar dan l-istupru u l-attivitajiet oħra ta’ natura sesswali u li eventwalment tkellmet ma’ zijitha
L-Avukat Generali qed jitlob li l-akkużat jiġi kkundannat għall-piena ta’ priġunerija minn seba’ snin sa għomor il-ħabs. Ir-raġel qed iwieġeb mhux ħati li stupra tfajla waqt li kienet taħt il-kura tiegħu. It-tifla kienet tgħix ma’ Rodenas, wara li ommha kienet iddeċidiet li kien tajjeb biex jieħu ħsiebha. It-tfajla rrapurtat l-istupru fit-3 ta’ Frar 2017, skont l-Ispettur Trevor Micallef, li mexxa l-prosekuzzjoni flimkien mal-ispettur Paula Ciantar.
Tliet esperti psikjatriċi xehdu wkoll fil-proċeduri wara li hu qal li kellu problemi mentali. Rodenas sostna li qed isofri minn numru ta’ kundizzjonijiet tas-saħħa mentali, fosthom dipressjoni u ansjetà u talab li jinħatar espert tal-qorti biex jeżamina l-istat mentali tal-akkużat, kemm bħalissa kif ukoll dakinhar huwa għamel ċerti dikjarazzjonijiet lill-pulizija.
L-avukat tiegħu Michael Scirha kien talab lill-qorti biex taħtar espert psikjatriku biex jistabbilixxi l-istat psikjatriku tar-raġel fil-ħin meta kien qed jagħti d-dikjarazzjonijiet tiegħu. L-Avukat Ġenerali kien oġġezzjona għat-talba, u sostna li l-ebda espert mediku ma jkun jista’ jistabbilixxi l-kundizzjoni psikjatrika ta’ persuna tliet snin wara l-fatt.
L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera nnotat li l-akkużat kien sostna li żewġ recordings u d-dikjarazzjonijiet kollha tiegħu kienu inammissibbli peress li kienu ttieħdu qabel ma kkonsulta ma’ avukat u mingħajr ma kien hemm avukat waqt l-interrogazzjoni tiegħu.
Skont l-imputat, meta qiesu l-istat mentali tiegħu wara x-xokk li kien arrestat flimkien mad-dipressjoni klinika, ansjetà u ‘ obsessive compulsive disorder’ tiegħu, ma kienx imfakkar li kellu d-dritt li jikkonsulta ma’ avukat u li jiġi assistit. Dan wassalhom ta’ xkiel għal smigħ ġust, sostna, filwaqt li talab li jitneħħew mill-atti tal-kawża. Għall-imputat qegħdin jidhru l-avukati Michael Sciriha u Joanne Farrugia.
//= $special ?>