Għal xi raġuni li s’issa għadha mhix magħrufa, l-eks Kummissarju tat-Taxxi Interni Marvin Gaerty ma bagħatx lill-Periti tad-Dipartiment biex jassessjaw il-villa kbira li l-Leader tal-Labour Robert Abela u martu Lydia xtraw ħames snin ilu barra z-zona tal-iżvilupp fiż-Żejtun.
Uffiċjali tal-istess Dipartiment ġibdu l-attenzjoni dwar il-mod kif kien ivvalutata l-propjetà. Robert u Lydia Abela xtraw il-villa għal €600,000, għalkemm esperti fis-settur spjegaw li bis-sanzjonar li saritilha, issa ġiet tiswa aktar minn €2 miljun.
Is-sit TheShiftNews staqsa lil Gaerty għaliex ma bagħatx Uffiċjali biex joħorġu l-valur veru tal-villa l-kbira ta’ Abela fiż-Żejtun, iżda hu ġab skuża bil-Liġi, li qal li ma ttihx l-abbiltà joħroġ informazzjoni minħabba kunfidenzjalità.
Madankollu, esperti fil-qasam tat-taxxa qal li Gaerty kellu jkun obbligat jinvestiga possibbiltà ta’ evażjoni ta’ taxxa mill-Kap tal-Gvern. Hu tneħħa mill-pożizzjoni tiegħu lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet qabel ma kien trasferit għal pożizzjoni ġdida li nħolqot għalih fil-Ministeru tal-Finanzi.
//= $special ?>