Internazzjonali Unjoni Ewropea

L-UE se tagħti iktar minn €10 biljun lil pajjiżi li qed jilqgħu refuġjati Ukreni

Il-Parlament Ewropew ħa d-deċiżjoni li jagħti iktar minn €10 biljun lil pajjiżi Ewropew li qed jagħtu kenn lil iktar minn tliet miljun refuġjat li kellhom jaħarbu minn pajjiżhom kawża tal-gwerra fl-Ukrajna.

Id-deċiżjoni bħala parti mill-fondi REACT-EU, ttieħdet wara vot li ttieħed fil-Parlament Ewropew, fejn 562 Membri Parlamentari Ewropew ivvotaw favur, tnejn kontra, u tlieta astjenew.

Dan filwaqt li l-pajjiżi affetwati se jkunu jistgħu japplikaw biex jingħataw minnufih flus minn madwar €420 miljun f’fondi li ma ntefqux bejn l-2014 u l-2020… flus li jistgħu jintużaw għall-akkomodazzjoni, ikel, u kura tas-saħħa, fost l-oħrajn.

L-Unjoni Ewopea ħadet ukoll id-deċiżjoni li tħallas il-kontijiet ta’ koeżjoni kollha.