Ilbieraħ, fis-7:15pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq is-Sur, il-Fgura.
Il-Pulizija marret immedjatament fil-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li raġel ta’ 82 sena residenti l-Fgura, intlaqat minn Jeep Renegade li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 29 sena residenti l-Fgura wkoll.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>