Tkompli l-kampanja tan-nies qrib il-Leader tal-Labour Robert Abela biex dawk qrib tiegħu jkunu aġevolati minn kandidati oħrajn, partikolarment f’Għawdex, fejn qed jingħata l-akbar appoġġ lil Clint Camilleri, tant li ngħata l-barka jkompli jimpjega n-nies mal-Gvern sal-aħħar ħinijiet possibbli.
Nies qrib Anton Refalo li għamlu kuntatt ma’ NET News spjegaw kif nies qrib Abela użaw lill-General Workers Union biex jikkuntattjaw lil għexieren ta’ Għawdxin għal suppost interview għal impjieg. Dan hekk kif fl-aħħar ġimgħat, f’Għawdex żdiedu aktar madwar 500 Għawdxi ġdid fuq part 3 biex ikunu jistgħu japplikaw għal impjieg mal-Gvern.
L-informazzjoni tagħna tgħid li Uffiċjali fil-Ministeru ta’ Għawdex, immexxi minn Clint Camilleri, ffinalizzaw l-impjieg dak il-ħin stess, b’effett mill-5 ta’ April.
Il-persuni li kkuntattjawna qalu li dan mhu xejn ħlief “xiri ta’ voti”, filwaqt li esprimew id-diżappunt tagħhom għall-mod kif Abela qed jagħmel minn kollox biex il-kandidati l-oħrajn ma jingħatawx l-istess importanza daqs Clint Camilleri. U dan bħala ringrazzjament għall-għajnuna li tah sentejn ilu matul il-ġlieda għal-Leadership kontra Chris Fearne.
Min-naħa l-oħra, bħala partitarji Laburisti, dawn qed jinsistu li Abela u sħabu messhom aktar għandhom f’moħħhom ikellmu lil dawk li kienu jappoġġjaw lil Justyne Caruana u li, minħabba li mhix se terġa’ tikkandida ruħha, issa qed iħossuhom politikament orfni.
Tant hu hekk li dawn baqgħu jittamaw li almenu jaraw lil Caruana tindirizza l-attività żgħira li Abela indirizza fil-carpark tal-Housing Estate tax-Xewkija, li ironikament hu l-post fejn tgħix l-istess eks Ministru ta’ Għawdex.
//= $special ?>