Elezzjoni 2022 Lokali Proposti 2022

“Viżjoni b’appell sinċier għal bidla fir-rotta li qabad pajjiżna u b’ideat mimlijin ambizzjoni u aspirazzjoni għal kulħadd”

F’konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-Belt Valletta, il-Kap tal-PN Bernard Grech qal li matul din il-kampanja elettorali wassal viżjoni ċara hekk kif wara tliet ijiem mill-bidu tal-kampanja elettorali, il-PN ippreżenta l-programm elettorali tiegħu… viżjoni. bi proposta serja ta’ bidla fil-mentalità, b’appell sinċier għal bidla fir-rotta li qabad pajjiżna fl-aħħar snin, u b’ideat mimlijin ambizzjoni u aspirazzjoni ghal kul ċittadin ta’ Għawdex u Malta.

Bernard Grech qal li din il-viżjoni trid tkun attwata f’kull settur.

Fl-Ambjent

  • ODZ ġdid 2/3 tal-parlament
  • nagħtu lura 50,000 metru kwadru ta’ art fl-ODZ.
  • Sa €6,000 kull sena biex int tinvesti f’darek, b’mod ekonomiku għall-ambjent.

Fit-Trasport

  • Trackless tram li ssir f’ħames snin b’nofs l-ispiża ta’ dak li bassar ir-rapport tal-konsulenti tal-Gvern dwar il-metro.
  •  Għotjiet lin-nies biex jitħajru jieqfu jużaw il-karozza..
  • Tariffi anqas ghal dawk li jsuqu l-inqas, u dawk b’karozza eletrikku ma jhallsu xejn.

Aħna rridu bidla fil-mentalita.

Fejn tidħol Ekonomija

  • Il-viżjoni trasformattiva li qed jippreżenta l-Partit Nazzjonalista fil-programm elettorali tiegħu se twassal biex il-pajjiż idaħħal €42.6 biljun addizzjonali fuq medda ta’ tmien snin, dan filwaqt li se jinħolqu 32,500 postijiet tax-xogħol ta’ kwalitá b’paga medja ta’ €43,000 fis-sena.
  • Dan minbarra eluf ta’ impjiegi oħra f’oqsma oħra tal-ekonomija. 
  • L-infiq tal-Gvern se jiġi rkuprat kollu kemm hu mit-tkabbir ekonomiku li se jiġġenera aktar dħul lill-gvern.
  • Dan it-tkabbir se jsir prinċiparjament permezz ta’ investiment ta’ Biljun Ewro għal għaxar setturi ekonomiċi ġodda: Il-Metaverse, il-compliance, 3D printing, AI, robotika, esports, sports, video gaming, energy optimisation u l-intraprizi socjali.

Fis-settur tas-Saħħa

  • Bini ta’ sptar mentali ġdid; nieħdu lura f’idejna l-isptarijiet mingħand Steward wara li dawn ammettew huma stess li f’dan kollu hemm deal korrott.
  • Tabib b’xejn f’darek.
  • IVF tassew b’xejn.

Fejn tidħol l-Edukazzjoni

  • Se jkun hemm titjib fil-kundizzjonijiet tal-edukaturi u l-għalliema, niftħu skola sekondarja speċjalizzata kull sena. U ntejjbu l-ambjent fl-iskejjel kollha.
  • €300 lil genituri ghal attivitajiet extracurriculari tat-tfal taghhom
  • U l-mizati kollha ta l-iskejjel u l-extracurriculari jiehduhom lura f’tax credits.

all-Għoli tal-Ħajja

  • Noħolqu Fond Nazzjonali b’baġit annwali inizjali ta’ €40 miljun biex nappoġġaw lill-industrija li timporta u/jew tesporta biex nagħmlu tajjeb għall-impatt tal-iżvantaġġi strutturali tal-loġistika u d-defiċit kompetittiv li din qed iġġarrab minħabba l-insularità ta’ pajjiżna bħala gżira.
  • Naghtuk lura s-serq li seraqlek mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma.
  • Nghatuk lura ukoll s-serq tal-income tax.
  • Midget ta euro kull familj – over and above t-tax credits ghal kulhadd.

Għawdex

  • Bini ta’ sptar ġenerali ġdid,
  • campus ġdid tal-MCAST f’Għawdex.
  • Iktar ghajnuna ghaz-zaghzagh u l-haddiema.

Żgħażagħ

  • €500 biex jagħmlu esperjenza kulturali jew sportiva barra minn Malta,
  • żieda ta kwart fl-istipendji u fil-maintenance grants.
  • Iz-zaghzagh li jahdmu ma jhallsux bolla

Pensjonanti

  • Il-pensjoni titla daqs il-paga minima.
  • Ebda taxxa fuq il-pensjoni
  • Tista’ tibqa’ taħdem part-time jew full-time u tibqa’ tieħu l-pensjoni sħiħa
  • Mekkaniżmu għal min twieled qabel Diċembru tal-1961 biex jitla’ sostanzjalment fil-pensjoni
  • tabib b’xejn lill-anzjani
  • ġustizzja mal-pensjonanti bi snin ta’ ħidma addizzjonali
  • ġustizzja mal-pensjonanti tat-teżor, miżura għall-ħlas tal-bolol neqsin,
  • pensjoni sħiħa lir-romol mill-ewwel budget,
  • sistema ta’ pensjoni ġusta f’każ ta’ divorzju, appoġġ lil min l-aktar għandu bżonn,
  • appoġġ lil min ma jikkwalifikax għal pensjoni kontributorja,
  • bonus tal-għoli tal-ħajja u pensjonijiet eżenti mit-taxxa.

Governanza

  • Pakkett leġislattiv li jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-imħallfin li għamlu l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
  • Riforma elettorali li tinkludi wkoll liġi dwar il-finanzjament tal-partiti.
  • Commitment car għal partiti ż-zgħar li jieħdu rapreżentanza fil-parlament għal 5% voti

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq li pajjiżna jinsab f’salib it-toroq… jew ikompli miexi f’din it-triq ta’ biża’ u abbuż ta’ poter mil-gvern Laburista, fejn persuna tibża’ twieġeb survey, fejn persuna jibża’ jippostja fuq il-media soċjali u jwassal il-ħsibijiet tiegħu, għax kulħadd jibża’ minn oppressjoni minn Kastilja – jew nibdew triq gdida.

Pajjiżna jrid jagħżel jridx imur fi stat iktar opprezziv u gvern arroganti fejn Robert Abela jitkellem b’mod miftuħ li jrid maġġoranza ikbar milli għandu biex ikollu iktar saħħa, meta diġa għandu pajjiż maħtuf f’idejh, bil-kontrolli li rrendejthom nulli.

Huwa qal li nhar is-Sibt li ġej, pajjiżna jista’ jagħżel triq oħra..dik li apparti l-ġid materjali jkollu wkoll libertajiet tabilħaqq bażiċi. Biex dan iseħħ irid ikun hemm vot b’saħħtu lill-Partit Nazzjonalista. 

Bernard Grech iwiegħed gvern awtentiku, gvern sensittiv, gvern li jagħti kas, gvern li jisma’.. gvern li dak iwiegħed iwettqu.

L-2022 tista’ tkun il-bidu ta’ kapitlu ieħor sabiħ ta’ pajjiżna.  Irridu nibnu fuq dak li sar tajjeb fl-aħħar snin..u rridu nsewwu mill-iktar fis dak li wassalna biex isem pajjiżna spiċċa fil-lista l-griża. U dak jista’ jagħmlu biss il-Partit Nazzjonalista.  Il-vot ta’ nhar is-sibt li ġej huwa vot għalina..għal uliedna u għal pajjiżna.