Wara li lbieraħ il-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri esprima l-ġenerożità tiegħu mal-kostitwenti tad-distretti tiegħu billi tahom panina, issa għandna kandidat ieħor tal-Labour iqassam il-vouchers tal-petrol.
Kandidati oħrajn kienu aktar ġenerużi. Kien hemm min saħansitra qassam VR Headsets lit-tfal tal-iskola. Dan l-apparat teknoloġiku jiswa miżerjament €300 il-wieħed.
Ma setax jonqos li Ian Borg jiftaħ idejh – bi flus il-poplu – u permezz ta’ Transport Malta, qassam l-iscooters lit-tfal tal-iskola.
Fix-xhur ta’ qabel, kandidata tal-Labour saħansitra offriet privat b’xejn f’każin Laburista.
Għadu mhux ċar jekk kienx hekk kandidati tal-Labour li tħajru joffru ukoll trattamenti tal-kirurġija plastika b’xejn lil xi kostitwenti tagħhom.



