Elezzjoni 2022 Lokali

14,473 vot jibqgħu mhux miġbura; kważi d-doppju tal-2017

Huma 14,473 id-dokumenti tal-voti li baqgħu f’idejn il-Kummissjoni Elettorali meta f’nofsillejl għalaq iż-żmien stipulat biex wieħed imur jiġbor il-vot tiegħu. Dan minn total ta’ 354,896 ta’ voti eliġibbli.

Din iċ-ċifra hija waħda elevata u kważi d-doppju ta’ dik tal-elezzjoni preċendti. Filfatt, fl-2017, il-voti mhux miġbura kienu 8,372. Dan ifisser li f’din l-elezzjoni kien hemm 6,101 vot aktar li baqgħu mhux migbura meta mqabbla mal-2017.

L-akbar numru ta’ voti li baqgħu mhux miġbura kienu fit-12-il Distrett b’2,529 jew 9.0% tal-voti kollha ta’ dan id-Distrett. Dan id-Distrett hu magħmul mill-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u parti minn Naxxar. Fl-2017 il-voti li baqgħu ma nġabrux minn dan id-Distrett kienu 1,634.

Fl-10 Distrett kienu 1,876 il-voti mhux miġbura. Dan jammontaw għal 7% tal-voti f’dan id-Distrett – it-tieni l-akbar ammont ta’ voti mhux miġbura f’din l-elezzjoni. L-10 Distrett jikkonsisti mill-Gżira, parti minn Naxxar, Baħar iċ-Ċagħaq, Pembroke, San Ġiljan, Paceville, u Tas-Sliema.

Fis-6 Distrett, li huma magħmul minn Ħal Qormi, parti minn Ħaż-Żebbuġ, is-Siġġiewi u Ħal Luqa, inġabru l-akbar numru ta’ voti. L-ammont ta’ voti mhux miġbura f’dan is-Distrett kienu 557, jew 2.0% tal-voti totali.

Is-7 Distrett kien it-tieni wieħed bl-inqas numru ta’ voti li baqgħu mhux miġbura. Hawnhekk kienu 693 il-voti li ma nġabrux – jiġifieri 2.5% tal-voti kollha fuq dan id-Distrett magħmul minn Ħad Dingli, l-Imġarr, l-Imtarfa, ir-Rabat, il-Baħrija, Tal-Virtù u parti minn Ħaż-Żebbuġ.

Fil-5 Distrett baqgħu 2.6% tal-voti mhux miġbura. Dawn jammontaw għal 694. Dan huwa d-Distrett magħmul minn Birżebbuga, Ħal Kirkop, l-Imqabba, Ħal Farruġ, il-Qrendi, Ħal Safi, iż-Żurrieq u Bubaqra.

Fil-bqija tad-Distretti baqgħu ma nġabrux dawn il-voti:

L-1 Distrett – il-Belt Valletta, Floriana, il-Ħamrun, il-Marsa, Tal-Pietà, Gwardamangia u Santa Venera – 1,052 voti jew 4.1% tal-voti fid-Distrett.

It-2 Distrett – il-Birgu, l-Isla, Bormla, Ħaż-Żabbar, St. Peter’s, il-Fgura, il-Kalkara u x-Xgħajra – 858 voti jew 3.2% tal-voti ta’ dan id-Distrett.

It-3 Distrett – iż-Żejtun, Ħal Għaxaq, Marsascala u Marsaxlokk – 1,110 jew 4.0% tal voti.

Ir-4 Distrett – il-Gudja, Raħal Ġdid, Santa Luċija, Ħal Tarxiex u parti mill-Fgura – 746 voti jew 2.8% tal-voti minn dan id-Distrett.

It-8 Distrett – Ħal Balzan, B’Kara, Fleur-de-Lys, is-Swatar (B’Kara), l-Iklin u Ħal Lija – 822 voti jew 3.1% ta’ dan id-Distrett.

Id-9 Distrett – Ħal Għargħur, l-Imsida, is-Swatar (l-Imsida), San Ġwann, il-Kappara, is-Swieqi, il-Madliena u Ta’ Xbiex – 1,255 voti jew 4.8%.

Il-11-il Distrett – l-Imdina, Ħ’Attard, il-Mosta u Burmarrad – 839 voti jew 3.1% tal-voti totali f’dan id-Distrett.

It-13-il Distrett – Għawdex – 1,442 voti jew 4.7% tal-voti baqgħu ma nġabrux minn dan id-Distrett,