Lokali

350 familja jibbenefikaw mill-Foodbanks

Foodbank Lifeline Foundation hija organizzazzjoni volontarja li toffri l-għajnuna lil dawk il-persuni li jinsabu fil-bzonn u li ta kuljum isibuha diffiċli ferm sabiex ilaħħqu mal-ħajja. U ta kuljum .. din il-Fondazzjoni twettaq mirakli kbar .. mingħajr ebda daqq ta’ trombi.

Il-Ġimgħa filgħodu Net News żar il-Foodbank Lifeline Foundation u tkellimna mal-manager Barbara Caruana, li spjegatilna kif bħalissa madwar 350 familja vulnerabbli jinsabu dipendenti minn ‘food packs’ provduti ta’ kull ġimgħa minn din il-Fondazzjoni.

Il-manager ta’ dan il-Foodbank stqarret li l-għoli tal-ħajja hija l-akbar sfida nazzjonali bhalissa u li kaġun t’hekk, il-familji Maltin u Għawdxin qed iħabbtu wiċċhom ma’ problemi serji u oħrajn .. sabu ruħhom f’sitwazzjoni ta’ faqar.

Meta tkellmet magħna, il-manager ta’ Foodbank Lifeline Foundation qaltilna li minn dawk it-350 familja, madwar 150 huam familji ta’ 4 jew 5 persuni bit-tfal, u l-oħrajn huma nies waħedhom jew koppji ta’ ċertu età. Barbara Caruna stqarret magħna li l-voluntieri li jaħdmu fil-hubs ta’ Foodbank Lifeline Foundation ħaqqhom l-aqwa premju tas-servizz imprezzabbli li qed joffru.

Barbara Caruana tenniet li din il-fondazzjoni għadha topera permezz tad-donazzjonijiet li tirċievi mingħand diversi familji u stabbilimenti .. u saħqet li jekk dawn id-donazzjonijiet jonqsu, dan is-servizz ma jkunx jista jibqa jiġi offrut.

Tags