Andrei Agius lagħab l-aħħar partita tiegħu bil-flokk tat-tim nazzjonali Malti fil-partita ta’ ħbiberija kontra l-Azerbaijan. Fl-40 minuta l-partitarji fl-istadium nazzjonali sellmu bi ‘standing ovation’ lil Andrei Agius li nbidel mis-sostitut Zack Muscat. Din kienet il-103 partita ta’ Andrei Agius mat-tim nazzjonali fejn skorja sitt gowls. Agius iddebutta mat-tim nazzjonali Malti fil-25 ta’ Frar fl-2006 fit-telfa ta’ 2-0 kontra l-Moldova, f’partita valida mill-Malta International Football Tournament.
//= $special ?>