Lokali

Bejn is-Sibt u l-Ħadd, tinsiex iddawwar siegħa ‘l quddiem

Il-pubbliku hu avżat li l-ħin tax-xitwa f’Malta din is-sena se jispiċċa fis-2am, tal-aħħar Ħadd ta’ Marzu, jiġifieri s-27 ta’ Marzu, 2022.

Għaldaqstant, se norqdu siegħa inqas mis-soltu, u minn għada se nibdew ingawdu ġranet itwal hekk kif ix-xemx tibda l-inżul tagħha aktar tard fil-ġurnata.

Importanti li wieħed jinnota wkoll li numru kbir ta’ arloġġi elettroniċi, partikolarment dawk fuq mobiles u laptops, jimxu siegħa ‘l quddiem waħedhom mingħajr ebda bżonn li jittranġaw manwalment.