Fost id-diversi partiti ta’ ħbiberija li ntlagħbu llum tispikka r-rebħa ta’ 2-1 li kisbu Franza fuq il-Kosta tal-Ivorju. Kienu l-Afrikani li marru fil-vantaġġ meta l-attakkant ta’ Arsenal Nicolas Pepe għadda tajjeb u għeleb lil Hugo Lloris b’xutt fil-baxx fuq l-ewwel lasta. Il-vantaġġ tagħhom dam biss tliet punti, meta minn cross ta’ Theo Hernandez kien Olivier Giroud li bir-ras tefa’ fix-xibka għal 1-1. Franza kellhom jistennew sat-93 minuta għal gowl deċiżiv meta minn corner ta’ Matteo Guendouzi din id-darba kien Aurelien Tchouameni li għola fuq kulħadd u xeħet ġewwa għal 2-1.
F’partita ta’ ħbiberija oħra l-Irlanda ta’ Fuq kisbu rebħa ta’ 3-1 fuq il-Lussemburgu. L-Irlanda ta’ Fuq fetħu l-iskor fis-16-il minuta permezz ta’ Josh Magennis. Il-Lussemburgu kisbu d-draw fit-58 minuta b’gowl ta’ Marvin Santos, qabel l-Irland ta’ Fuq irduppjaw fit-83 minuta b’xutt ta’ Steven Davis. Huma għamluhom tlieta ħames minuti qabel tmiem il-partita meta kien Gavin Whyte li xeħet ġewwa għal 3-0.
PARTITI TA’ ĦBIBERIJA
Illum: Franza v Kosta tal-Ivorju 2-1, Andorra v St.Kitts and Nevis 1-0, Bosnia & Herzegovina v Gorġja 0-1, San Marino v Litwanja 1-2, Lussemburgu v Irlanda ta’ Fuq 1-3, Rumanija v Greċja 0-1, Malta v Azerbaijan 1-0, Norveġja v Slovakkja 2-0, Liechtenstein v Cape Verde 0-6,
//= $special ?>