Il-player ta’ Real Madrid Gareth Bale ħareġ irrisponda għall-kritika li rċieva fl-aħħar jiem mill-media Spanjola għall-kummenti tagħhom fil-konfront tiegħu qabel u wara l-playoff ta’ Wales kontra l-Awstrija. Permezz ta’ post fuq il-media soċjali Bale qal li artikli bħal dawn jistgħu jagħmlu ħafna ħsara lis-saħħa mentali ta’ dawk li jkunu fil-mira tagħhom. Bale kien deksritt bħala ‘parassita’ mill-gazzetta popolari Spanjola ‘MARCA’, minħabba li ma jurix l-istess impenn għall-club ta’ Real Madrid u għat-tim nazzjonali ta’ Wales.
Bale qal li l-media tkisser lill-players meta tikkritikhom għall-prestazzjonijet tagħhom filwaqt li fakkar li l-atleti jkunu diġa taħt stress enormi biex jagħtu l-aħjar għat-timijiet tagħhom. Bale kien strumentali fir-rebħa ta’ 2-1 kontra l-Awstrija fejn skorja żewġ gowls u tefa’ lil Wales partita ‘l bogħod minn kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja fil-Qatar.
//= $special ?>