L-invażjoni tal-Ukrajna mill-qawwiet tar-Russja qed tirriżulta fl-akbar kriżi tas-sigurtà għall-Ewropa miż-żmenijiet tat-Tieni Gwerra. Madankollu, u waqt li l-invażjoni qed tagħlaq xahar millum, hu minnu li l-qawwiet Russi naqsu milli jeżerċitaw kontroll sħiħ fuq imqar belt waħda tal-Ukajna.
L-avvanzi tat-truppi Russi ilhom il-jiem staġnati fuq diversi fronti u meta l-qawwiet Ukreni qed iwettqu numru ta’ kontrattakki effettivi biex jiżirgħu l-konfużjoni fost il-militar ta’ Moska.
L-aħħar rapport mill-Ministeru tad-Difiża tar-Renju Unit qal li l-qawwiet Ukreni, fl-aħħar sigħat, irnexxielhom jieħdu lura l-kontroll f’diversi bliet u zoni oħrajn lejn il-lvant minn Kiev, il-kapitali tal-Ukrajna.
Fl-istess ħin, diversi sorsi kredibbli fil-Punent qed jgħidu li l-Ukreni anki ġiegħelu lill-qawwiet Russi jirtiraw mill-artijiet lejn il-majjistral ta’ Kiev wara sigħat ta’ ġlied intensiv.
//= $special ?>

