Il-President tal-Istati Uniti, Joe Biden, qal li n-NATO għandha tirreaġġixxi bil-qawwi f’sitwazzjoni fejn ir-Russja tuża l-armi kimiċi fl-Ukrajna.
Hu qal dan wara li l-Punent wissa dwar xenarju allarmanti fuq din l-iskala meta l-gwerra fl-Ukrajna waslet fil-ħames ġimgħa,.
Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Boris Johnson, sadanittant, ma eskludiex il-possibbiltà li l-Ukreni jirbħu l-gwerra f’pajjiżhom iżda wissa wkoll li l-President Russu Vladimir Putin ma jidhirx interessat li jaqbad it-triq lejn il-paċi.
//= $special ?>

