Il-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti li qed tinvestiga l-azzjonijiet tal-gwerra fl-Ukrajna qalet li l-użu, mir-Russja, tal-isplussivi ( missili, rokits u balal tal-artillerija) viċin iz-zoni taċ-ċivili kapaċi jkunu kunsidrati bħala reati kontra l-umanità.
Hawnhekk issemmew żewġ eżempji speċifiċi li huma attakk fuq skola fil-belt ta’ Chernihiv, u attakk speċifiku minn ajruplan tal-gwerra Russu fuq sptar tal-maternità f’Mariupol.
In-NU għandha wkoll rapporti dwar qawwiet Russi li qegħdin jisparaw direttament fuq ċivili li qed jagħmlu t-tentattivi ddisprati biex joħorġu mll-Ukrajna bil-karozzi tagħhom. Dan ukoll fost rapporti li qegħdin jinqatlu dejjem aktar ċivili fost dimostrazzjonijiet paċifiċi kontra l-gwerra fl-ibliet Ukreni.
//= $special ?>