L-Uffiċjali tal-Punent qed jgħidu li l-Kmandant ta’ brigata militari Russa spiċċa maqtul mis-suldati tiegħu stess. Dan fost sinjali li aktar membri tal-qawwiet Russi qed ‘jopponu bil-fatti’ għall-gwerra bla sens li daħħalihom fiha l-President tar-Russja Vladimir Putin.
Ir-rapporti qalu li s-sewwieq ta’ karru armat saq ‘apposta’ minn fuq Kurunell li kien qed jikkmanda lis-37 Brigata tal-qawwiet Russi. L-indikazzjonijiet huma li l-qtil tiegħu seħħ b’konsegwenza tat-telf kbir ta’ ħajja li sofrew is-suldati ta’ din il-brigata waqt l-invażjoni tal-Ukrajna.
Rapporti oħra qalu li Ġeneral li kien qed jikkmanda taqsima prinċipali tal-Armata Russa wkoll tilef ħajtu fil-ġlied attwali fl-Ukrajna. Intant dan hu s-seba’ Ġeneral li tilef ħajtu fil-kumbattimenti fl-Ukrajna mill-bidu tal-invażjoni.
//= $special ?>

