Hekk kif il-Ġimgħa 25 ta’ Marzu jaħbat il-Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Razzjali, l-Unjoni Ewropea tinsab fuq quddiem nett fl-isforzi sabiex tqajjem kuxjenza dwar id-drittijiet fundamentali tac-cittadini Ewropej.
Il-kampanja #RightHereRightNow li tnediet f’Diċembru tal-2021 ghandha l-għan li tqajjem kuxjenza billi tiffoka fuq id-drittijiet tal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, id-drittijiet tat-tfal, u d-dritt għal proċess imparzjali.
Għal kull wieħed minn dawn id-drittijiet, din il-kampanja tagħti informazzjoni tanġibbli dwar fejn wieħed għandu jfittex rimedju, f’Malta u fil-pajjiżi kollha li jifformaw parti mill-UE.
Iċ-Charter tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE jipproteġi d-dritt għal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, u jipproteġi wkoll lid-drittijiet tal-media – sabiex il-ġurnalisti ikunu jistgħu jwettqu xogħolhom b’mod liberu u indipendenti.
F’Malta, 87% ta’ dawk li esperjenzaw diskors ta’ mibegħda u forom oħra ta’ diskriminazzjoni jispiccaw xorta ma rrappurtawx.
//= $special ?>