Stadio Renzo Barbera – Palermo Italja 0 Maċedonja ta’ Fuq 1
Gowl fl-aħħar minuta tal-partita skorjat minn sikket l-34,000 partitarju tat-tim Nazzjonali Taljan f’Palermo filwaqt li xeħet lil elf partitarju tal-Maċedonja f’dellirju . Gowl li elimina lil Italja li f’Lulju li għadda rebħu l-Kampjonat tal-Ewropa u għat-tieni darba konsekuttiva mhux se jkunu fil-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja. Għal kuntrarju l-avventura tal-Maċedonja ta’ Fuq tkompli f’konfront deċiżiv kontra l-Portugall. Minkejja li l-Italja ddominat għal ħinijiet twal għaċ-ċansijiet mitlufa tilfu kollox wara d-90 minuta. Fit-92 minuta f’waħda mill-ftit azzjonijiet Maċedoni, xutt minn barra l-kaxxa ta’ ALEKSANDAR TRAJKOVSKI għeleb għal kollox lil Donnarumma u elimina lil Italja.
Estadio de Dragao – Oporto: Portugall 3 Turkija 1
Wara biss 15 il-minuta Portugall fetħu l-iskor permezz ta’ OTAVIO li għeleb lil Ugurcan Cakir . Bil-Portugall jibqgħu fuq l-offensiva fit-42 minn cross ta’ Otavio kien DIOGO JOTA li bir-ras għeleb mill-ġdid lil Cakir. Turkija fetħu t-tieni taqsima fuq l-offensiva tant li fil-65 minuta minn azzjoni ta’ Cengiz Under kien BURAK YILMAZ li għeleb lil Diogo Costa għat 2 – 1 . Fl-84 minuta foul ta’ Jose Fonte fuq Enas Unal. Turkija ingħataw penalty iżda Burak Yilmaz xeħet barra. Fir-raba’ minuta ta’ ħin miżjud minn azzjoni ta’ Rafael Leao kien MATHEUS LUIZ li għamel l-iskor 3 – 1
Friends Arena , Solna Żvezja 1 Repubblika Ċeka 0
F’partita bbilanċjata f’mumenti falluża tant li kien hemm xejn anqas minn disa’ plejers ammoniti. 0 – 0 sa tmiem il-partita. Fil-ħin barrani fil-110 minuta l-Iżvezja skorjaw il-gowl deċiżiv. Minn pass ta’ Alexander Isak kien ROBIN QUAISON li għeleb lil Tomas Vaclik u għalaq il-partita.
Cardiff City Stadium Wales 2 Awstrija 1 Fil-25 minuta Wales fil-vantaġġ. Gowl minn GARETH BALE li għeleb lil Heinz Lindner. Fil-51 minuta Wales irduppjaw. Minn azzjoni ta’ Ben Davies, mill-ġdid GARETH BALE għeleb lil Lindner għat- 2 – 0 . Reazzjoni immedjata mill-Awstrija li fl-64 minuta kien MANUEL SABITZER li għeleb lil Wayne Hennessey. Gowl ikkonvalidat bil-VAR. Għamel l-iskor 2 – 1, riżultat li biħ intemmet il-partita.
//= $special ?>