It-tennista Brittaniku Andy Murray għeleb lil Arġentin Federico Delbonis fl-ewwel round tal-Open ta’ Miami biex issa se jiltaqa’ kontra Daniil Medvedev fit-tieni round. L-Iskoċċiż li jinsab fil-85 post fir-rankings għeleb lil Federico Delbonis 7-6 6-1 biex se jaffronta lil Medvedev li tilef ir-ranking numru 1 it-Tnejn li għadda.
Medvedev qatta’ tliet ġimgħat fl-ewwel post tar-rankings tal-ATP u jrid jasal tal-inqas sas-semi finali f’Miami biex jerġa’ jirbaħ postu fil-quċċata tar-rankings. Andy Murrayrebbieħ ta’ tliet Grand Slams fil-karriera tiegħu, ilu ma jirbaħ żewġ logħbiet konsekuttivi mill-Open tal-Awstralja, wara li aktar kmieni l-ġimgħa l-oħra kien eliminat fit-tieni round tal-Indian Wells.
//= $special ?>