Nar ħakem maħżen taż-żejt viċin iċ-ċirkwit ta’ Jeddah fl-Arabja Sawdija, hekk kif għaddejin il-provi qabel il-Grand Prix tal-Formula 1, ta’ nhar il-Ħadd. L-ewwel rapporti fil-media internazzjonali qed jindikaw li dan seta’ kellu x’jaqsam ma’ attakk tal-Yemen fuq il-pajjiż. Fl-istqarrija tagħhom il-Formula 1 qalu li għadhom qed jistennew aktar informazzjoni dwar jekk il-Grand Prix hux se tkun tista’ ssir kif pjanat nhar il-Ħadd li ġej.
//= $special ?>