F’dawn il-jiem ta’ elezzjoni ġenerali, il-mezzi tax-xandir ta’ media.link communications se jkunu qed iwasslu servizz speċjali lit-telespettaturi u semmiegħa ta’ Net Television u Net FM..
Is-Sibt, NET News se jkun qed iwassal links mill-postijiet tal-votazzjoni, u aġġornamenti kull siegħa matul il-ġurnata sakemm jingħalqu l-postijiet tal-votazzjoni.
Matul il-jum tas-Sibt, NET Television se jkun qed iwassal programm varjat b’irkejjen informattivi.. fejn ma jonqsux ukoll aħbarijiet ta’ dak li jkun qed jiġri fil-postijiet tal-votazzjoni.
Hekk kif tintemm il-votazzjoni jibda programm speċjali li janalizza t-turnouts u l-andament tal-votazzjoni matul il-ġurnata. Wara mbagħad nassistu għall-wasla tal-kaxxi tal-votazzjoni fis-sala tal-għadd tal-voti fin-Naxxar.
Il-Ħadd imbagħad fit-tmienja ta’ filgħodu jibda programm speċjali li se jkun qed janalizza l-ewwel indikazzjonijiet tar-riżultati.
Fuq il-portal netnews.com.mt se jkun hemm aġġornamenti kontinwi b’dak li jkun qed jiġri b’diversi stejjer, reazzjonijiet u analiżi tad-diskussjoni.
Il-gazzetti ta’ media.link communications se jkunu qed iwasslu wkoll artkili estensivi f’dawn il-jiem ta’ elezzjoni ġenerali, fejn Il-Mument se tkun qed twassal rapporti dettaljati tal-ġurnata tal-votazzjoni u analiżi tal-kampanja elettorali.
//= $special ?>