Futbol Sport

Nuqqas ta’ qbil fl-Eżekuttiv tal-MFA dwar il-kwistjoni tal-players Ukreni u Russi

(Ritratt: Martin Agius)

Il-paġna ta’ Replay (Net Television) żvelat li ma ntlaħaqx qbil fil-Kumitat Eżekuttiv tal-MFA bejn ir-rappreżentanti tal-clubs dwar il-kwistjoni tal-players Ukreni u Russi. Dan wara li ttieħed vot fil-Malta Professional Football Clubs Association wara li l-FIFA tat permess li dawn il-players jistgħu jirreġistraw ma’ clubs oħra sas-7 ta’ April minkejja li s-suq ta’ trasferimenti hu magħluq.

Madanakollu r-regolamenti tal-MFA ma jħallux clubs lokali jirreġistraw jew jirrillaxxaw players wara l-31 ta’ Jannar. B’dan ir-regolament Hibernians, Valletta u Santa Lucia biss setgħu jirreġistraw aktar players. Fid-dawl ta’ dan il-maġġoranza tal-membri tal-Kumitat Eżekuttiv kif ukoll rappreżentanti tal-players u l-coaches, ivvutaw kontra.