Bħalissa għaddejja operazzjoni ta’ salvataġġ għal persuna li waqa’ minn għoli f’Selmun.
Milli jidher fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza, flimkien mad-dipartiment tas-salvataġġ, bl-għan li jsalvaw il-ħajja tal-persuna.
Madankollu minħabba l-ammont kbri ta’ dlam fejn weġġgħet il-persuna, jidher li waqt din l-operazzjoni ttalbet ukoll l-għajnuna mill-forzi armati, speċifikament l-użu tal-helikopter tal-forzi armati bl-għan li jipprovdi id-dawl neċessarju biex titkompla l-ħidma ta’ salvataġġ.
//= $special ?>