Internazzjonali

Putin ikkalkula ħażin, u issa se jbati l-konsegwenzi – Roberta Metsola

“Putin ikkalkula ħażin, u issa se jbati l-konsegwenzi”.

Hekk stqarret il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, waqt li kienet qiegħda tindirizza lill-Kunsill Ewropew fl-Unjoni Ewropea.

Roberta Metsola iddikjarat li meta pprova jinvadi lill-Ukrajna, Putin ħaseb li kien se jiltaqa ma’ Punent u Ewropa mifruda, madankollu, Putin ikkalkula ħażin, għaliex bħalissa qiegħed jiltaqa ma’ Unjoni Ewropea aktar magħquda minn qabel.

Waqt dan l-indirizz Roberta Metsola għamlet referenza għal fatt li l-gwerra fl-Ukrajna mexxiet id-diskussjonijiet rigward is-sigurta tal-Unjoni Ewropea b’ġenerazzjoni l-quddiem.

Roberta Metsola ddikjarat li issa wasal iż-żmien li L-Unjoni Ewropea tibda tgħaddi diversi liġijiet, bl-għan li tiżdied is-sigurta ta’ diversi setturi fl-Unjoni Ewropea inkluż is-sigurta tal-ikel, l-enerġija, kif ukoll sigurta militari.

Metsola kompliet biex tgħid li l-Unjoni Ewropea diġa bdiet tagħmel ħafna biex tgħin kemm lill-Ukrajna, kemm bl-għoti ta’ ikel u għajnuna finanzjarja, kif ukoll bl-għoti diretti ta’ armi, xiħaġa li l-Unjoni Ewropea ta’ qadt ma’ kienet ikkunsidrat qabel.