MALTA ……………. 1
AZERBAIJAN ….. 0
Malta: H.Bonello, S.Borg, A.Agius (Z.Muscat 40’), J.Borg (F.Apap 88′), J.Mbong, M.Guillaumier, T.Teuma, R.Camenzuli, B.Paiber (D.Vella 81′), A.Satariano (S.Pisani 87′), J.Degabriele (L.Montebello 65′)
Azerbaijan: S.Agayev, M.Medvedev (R.Dadashov 76′), Q.Garayev, H.Haghverdi, A.Husenyov (D.Nazarov 66′), E.Israfilov, A.Isayev (B.Huseynov 64′), A.Salahli, E.Makhmudov (R.Akhmedzade 64′), R.Sheydaev (A.Seydiyev 79), F.Ozobic (T.Byramov 76′)
Referee: A.Hernandez
Fl-Istadium Nazzjonali, it-tim Malti kiseb rebħa missielta ta’ 1-0 kontra l-Azerbaijan. Fl-ewwel minuti ħa l-inizjattiva u ddomina l-pusses tal-ballun bl-Azerbaijan ikunu aktar kawti u ftit li xejn sabu spazju mid-difiża Maltija. Fl-20 minuta kontrattakk veloċi mit-tim Malti meta Jurgen Degabriele għadda lejn Joseph Mbong li daħal tajjeb iżda ra l-konklużjoni tiegħu tgħaddi għoli. Fl-24 minuta foul fuq Alex Satariano minn tarf il-kaxxa, b’Andrei Agius jikkonkludi barra mil-lasti ta’ Agayev.
Fil-45 minuta ċans tad-deheb għat-tim nazzjonali Malti meta minn cross mix-xellug ta’ Ryan Camenzuli kien Jurgen Degabriele li ra x-xutt tiegħu jaħbat mal-lasta. Fil-50 minuta azzjoni għall-Azerbaijan meta x-xutt ta’ Ramil Sheydaev għadda ftit barra mil-lasti ta’ Henry Bonello. Fit-52 minuta azzjoni maħduma tajjeb mit-tim Malti, meta minn cross ta’ Ryan Camenzuli, Alex Satariano bir-ras xeħet għoli.
Fil-55 minuta Malta jmorru fil-vantaġġ meta wara azzjoni maħduma tajjeb minn ballun fit-tul ta’ Teddy Teuma, kien Jurgen Degabriele li kkonkluda fix-xibka għal 1-0. Fit-63 minuta Malta viċin it-tieni gowl, meta Matthew Guillaumier qassam lejn Joseph Mbong, li qata’ tajjeb fuq ix-xellug iżda l-konklużjoni tiegħu għaddiet barra.
Fis-66 minuta Teddy Teuma żmarka tajjeb lil Luke Montebello, li waħdu wiċċ imb wiċċ mal-goalkeeper xeħet barra, bir-riżultat finali jkun ta’ 1-0.
//= $special ?>