Fl-10pm għalqet b’mod uffiċjali l-votazzjoni fl-Elezzjoni Ġenerali – votazzjoni li kienet fetħet is-Sibt fis-7am.
Eżatt malli tispiċċa l-votazzjoni tas-Sibt, issir rikonċiljazzjoni fil-post qabel il-kaxxi jitwasslu fiċ-ċentru tal-għadd tal-voti fin-Naxxar. Dan il-proċess jista’ jibqa’ sejjer sas-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu.
Il-Ħadd, bejn is-7 u 8 ta’ filgħodu, kull vot jinqaleb wiċċu l-isfel u jsir il-wiri tal-voti, qabel ma jibda l-proċess diġitali tal-iscanning. Kif jitlesta l-iscanning, is-sitema tikkalkula r-riżultati tal-partiti u tal-kandidati. Minn hawn, il-pubbliku jrid jistenna numru ta’ sigħat qabel il-konferma u l-pubblikazzjoni tar-riżultati, li sa dak il-ħin ħadd mhu se jkun rahom. Dan minkejja li jista’ jagħti l-każ li jkun hemm indikazzjonijiet ta’ liema partit ikun rebaħ l-elezzjoni.
//= $special ?>