Hekk kif illum qed tinżamm l-elezzjoni ġenerali, il-votazzjoni fiż-Żurrieq kellha tiftaħ ftit minuti aktar tard. Dan hekk kif inġibdet l-attenzjoni tal-Kummissjoni Elettorali għal banner kbir politiku li kien hemm imwaħħal qrib il-Post tal-Votazzjoni.
Il-Liġi Elettorali titlob li ma jista’ jkun hemm xejn li jista’ jinfluwenza l-votazzjoni f’medda ta’ 50 metru minn Post tal-Votazzjoni. Dan jinkludi kwalunkwe ħaġa mal-faċċati tal-binjiet, karti jew kwalunkwe materjal ieħor.
F’dan il-każ, il-banner li nġibdet l-attenzjoni dwaru kien tal-Kandidat Laburista Joe Sammut. Biex jitneħħa, kellhom jissejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li użaw is-sellum tagħhom biex jaċċessawh.
//= $special ?>