Eluf ta’ nies ħadu sehem f’dimostrazzjoni jew marċ bit-tema ‘Aħna solidali mal-Ukrajna’ f’Londra, il-kapitali tal-Ingilterra.
Iċ-ċentri tal-kapitali Britannika kienu pakkjati biċ-ċittadini li ħarġu biex juru d-diżapprovazzjoni għall-gwerra fl-artijiet Ukreni li ilha għaddejja mill-24 ta’ Frar u fejn aktar tard saru wkoll il-vejl tat-talb għall-paċi.
Id-dimostrazzjoni f’Londra kienet waħda minn diversi marċijiet għall-paċi li saru madwar l-Ewropa wara li l-President Ukren Volodymyr Zelensky ħeġġeġ biex in-nies ‘madwar id-dinja’ joħorġu fit-toroq b’appoġġ għall-poplu Ukren li ilu xahar ibati l-bumbardamenti mill-qawwiet tal-Kremlin.
//= $special ?>