Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Ifeġġ mill-ġdid il-Ministru Shoigu

In this photo taken from video provided by the Russian Defense Ministry Press Service on Wednesday, Feb. 16, 2022, Russian Russian Defense Minister Sergei Shoigu , left, speaks to hight rang officers on the board of a military helicopter during a naval exercises in the Mediterranean. Russia's naval drills in the Mediterranean come amid the tensions with the West over Ukraine. (Russian Defense Ministry Press Service via AP)

Il-Kremlin ta’ Moska għadu kemm wera filmat tal-Ministru tad-Difiża Russu, Sergei Shoigu, fejn jingħad li ‘qed jindirizza laqgħa għall-Ġenerali ewlenin ta’ Moska’.

Il-filmat ixxandar wara ġimgħatejn ta’ spekulazzjoni intensiva dwar ‘x’għadda minn Shoigu’ wara li hu ma kompliex jidher fuq il-mezzi tax-xandir.

Intant, Sergei Shoigu deher fil-filmat waqt li kien qed jaqra minn diskors ippreparat u fost l-ispekulazzjoni li hu kien ‘kisirha mal-President Vladimir Putin’ jew li qed ibati minn problemi tas-saħħa. Ma kien hemm xejn li seta jindika d-data tal-filmat inkwistjoni.