Il-belt ta’ Mariupol għadha għaddejja minn ‘infern sħiħ’ bħala l-aktar belt tal-Ukrajna li ġarrbet il-qilla tal-bumbardamenti mir-Russi.
U fl-aħħar sigħat, uffiċjal lokali żvela li mietu talanqas 300 ċivili f’attakk li kien seħħ jiem ilu fuq teatru (f’Mariupol) li kien qed iservi bħala xelter għaċ-ċivili.
Filwaqt li d-dinja qed issegwi l-katastrofi umanitarja li żviluppat fl-aħħar jiem f’Mariupol, is-Sindku ta’ din il-belt qal li ddiskuta l-evakwazzjoni taċ-ċivili mill-inħawi flimkien mal-Ambaxxatur Franċiż għall-Ukrajna.
Dan meta l-President ta’ Franza, Emmanuel Macron, qed iħejji għal rawnd ġdid ta’ taħditiet mal-President Russu Putin ‘dwar kif jistgħu jsalvaw il-100,000 ruħu jew aktar li għadhom maqbudin fl-inħawi ta’ Mariupol’.
Il-pjani għall-evakwazzjoni taċ-ċivili minn Mariupol jinvolvu anki lill-Greċja u t-Turkija.
Sadanittant, baqgħu għaddejjin il-battalji ħorox f’dik il-belt, fejn id-difensuri Ukreni komplew jirreżistu l-offensiva mill-Armata Russa megħjuna minn ġellieda alleati miċ-Ċeċenja.
//= $special ?>