Il-President tal-Istati Uniti, Joe Biden għadu kemm ikkonkluda taħditiet fil-Polonja mal-Ministri tad-Difiża u l-Affarijiet Barranin tal-Ukrajna.
Huma ddiskutew fid-dettall l-iżviluppi tal-gwerra fost indikazzjonijiet li l-Istati Uniti għandha tgħin aktar lill-Ukrajna fejn jidħlu t-trasport ta’ armamenti sofistikata għad-difiża flimkien ma’ riżorsi li jgħinu l-impenji umanitarji għaċ-ċittadini Ukreni taħt assedju.
Il-laqgħa kienet speċjalment sinifikattiva peress li l-Ministri Ukreni Dmytro Kubela (għall-Affarijiet Barranin) u Oleksii Reznikov ( tad-Difiża) setgħu joħorġu minn pajjiżhom għal dawn it-taħditiet bi ftit diffikultà. Dan fih innifsu qed jindika ‘fiduċja akbar’ li l-bilanċ tal-gwerra qed jaqleb ftit, ftit, favur il-Gvern immexxi mill-President tal-Ukrajna, Volodymyr Zelensky.
Biden kien ilu fil-Polonja mill-Ġimgħa, u issa hu qed iħejji għal-laqgħat mal-President Pollakk, Andrzej Duda.
//= $special ?>