Il-President Ukren Volodymyr Zelensky qal li l-qawwiet tal-Ukrajna qed jiksbu aktar suċċessi fuq il-kampijiet tal-battalja ‘fejn ir-Russi baqgħu jġarrbu telf sostanzjali ta’ suldati u makkinarju tal-gwerra, inklużi tankijiet, vetturi armati u ajruplani.’
Sadanittant, ħarġu indikazzjonijiet li l-qawwiet Russi qed jaqtgħu qalbhom li jaħtfu l-kontroll ta’ Kiev, il-kapitali Ukrena.
Dan fost l-analiżi minn osservaturi indipendenti li l-militar tal-Kremlin ‘ma jaffordjax li jkompli jitlef daqstant suldati u karrijiet armati’, meta għadda ftit aktar minn xahar mill-bidu tal-invażjoni tal-Ukrajna.
//= $special ?>