Sport Sport Ieħor

Medvedev jegħleb lil Murray fl-Open ta’ Miami

(Ritratt: EPA)

It-tennista Skoċċiż Andy Murray kien megħlub mir-Russu Daniil Medvedev fl-Open ta’ Miami. Medvedev li biex jerġa’ jikseb l-ewwel post tar-rankings tal-ATP irid jasal sas-semi finali, għeleb lil Murray b’punteġġ ta’ 6-4 6-2.

Murray, li rebaħ dan l-Open darbtejn fil-karriera tiegħu, ilu ma jirbaħ żewġ logħbiet konsekuttivi minn Jannar. Min-naħa l-oħra il-Brittaniku Heather Watson ukoll spiċċat eliminata wara li tilfet fi straight sets kontra Belinda Bencic bi skor ta’ 6-4 6-1.

Medvedev issa jiltaqa’ kontra Pedro Martinez fir-round li jmiss f’Miami.