L-Arġentina kisbu rebħa ta’ 3-0 kontra l-Venezuela f’partita valida mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja fil-Qatar. L-Arġentina fetħu l-iskor fl-34 minuta meta minn cross ta’ Rodrigo de Paul kien Nico Gonzalez li xeħet fix-xibka għal 1-0. Huma rdoppjaw fid-79 minuta meta minn pass ta’ Rodrigo de Paul kien Angel Di Maria li kkonkluda fix-xibka għal 2-0. L-Arġentina għalqu l-partita fit-82 minuta meta Angel Di Maria żmarka lil Lionel Messi, li mill-viċin tefa’ fix-xibka għal 3-0.
KWALIFIKAZZJONI GĦAT-TAZZA TAD-DINJA – AMERIKA T’ISFEL
Illum: Arġentina v Venezuela 3-0
//= $special ?>