Lokali

Residenza tieħu n-nar fiż-Żurrieq

Jidher li ħelsu ħafif xi persuni li kienu jinsabu f’residenza li ħadet in-nar fi Triq San Luqa, iż-Żurrieq għall-ħabta tas-7.20pm.

Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija li evakwaw in-nies filwaqt li membri tal-Protezzjoni Ċivili bdew b’ħidma biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.

Mhux magħruf x’wassal għal dan in-nar.

Fortunatament, jidher li l-ebda persuna ma sofriet minn xi ġrieħi.