Is-sewwieq ta’ RedBull Sergio Perez se jibda fil-Pole Position fil-Grand Prix tal-Arabja Sawdija wara li kiseb l-aħjar ħin fil-provi tas-Sibt. Charles Leclerc ta’ Ferrari se jibda fit-tieni post segwitu minn sieħbu ta’ Ferrari Carlos Sainz. Iċ-champion Max Verstappen ta’ Redbull se jibda fir-raba’ post segwit minn Esteban Ocon ta’ Alpine fil-ħames post. Fis-sitt post daħal George Russell ta’ Mercedes segwit mis-sewwieq ta’ Alpine Fernando Alonso u Valtteri Bottas ta’ Alfa Romeo rispettivament. Kevin Magnussen ta’ Haas, se jibda fl-għaxar post.
Intant is-seba’ darbiet champion ta’ Mercedes Lewis Hamilton ma rnexxielu jikkwalifika mal-ewwel għaxra, fejn għall-ewwel darba sa mill-2009 ma rnexxielux javvanza wara l-ewwel sessjoni tal-provi.
//= $special ?>