F’inċident li seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-4.30pm fi Triq San Anard, Ħal Tarxien, sewwieq ta’ mutur spiċċa isofri minn ġrieħi gravi.
Fuq il-post issejħu l-Pulizija fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn vettura, misjuqa minn raġel ta’ 20 sena residenti l-Fgura, u mutur misjuq minn Pollakk ta’ 45 sena residenti Wied il-Għajn.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>