Id-dinja tal-mużika Rock tinsab f’luttu wara l-mewt ta’ Taylor Hawkins, id-drummer tal-grupp Amerikan Foo Fighters, fl-età ta’ 50 sena.
Il-kaġun tal-mewt ta’ Hawkins ma ssemmiex, bil-membri tal-grupp joħorġu stqarrija dwar is-sens ta’ niket li qed iħossu għat-telfa ta’ seħibhom….drummer ta’ talent kbir u personalità kbira f’din il-ġeneru tal-mużika.
Hawkins kien ilu membru tal-Foo Fighters għal aktar minn 20 sena meta hu kien issieħeb mal-grupp ftit wara li ħareġ l-album bl-isem The Colour and the Shape, fl-1997.
Il-grupp Foo Fighters bħalissa għaddej b’sensiela ta’ kunċerti fl-Amerika t’Isfel u għalissa mhux magħruf jekk il-membri humiex se jkomplu b’dan it-tour.
//= $special ?>