Lokali

Vann jitlef il-kontroll u jibqa’ dieħel f’railing

Għall-ħabta tat-8 ta’ dalgħodu, sewwieq tilef il-kontroll tal-vann li kien qiegħed isuq u spiċċa baqa’ dieħel f’railing mal-ġenb ta’ Triq Reġjonali, l-Imsida, direzzjoni lejn il-mini ta’ St Venera.

Fortunatament, ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident. Fuq il-post marru membri tal-Pulizija biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.

Bħalissa għaddejja ħidma biex il-vann jinqala’ minn mar-railing.